Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fil-11 ta’ Mejju 2016 – Associazione Italiana dei Corrieri Aerei Internazionali (AICAI) et vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Ministero dello Sviluppo Economico

(Kawża C-260/16)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Associazione Italiana dei Corrieri Aerei Internazionali (AICAI), DHL Express (Italy) Srl, Federal Express Europe Inc., United Parcel Service Italia Ups Srl

Konvenuti: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni, Ministero dello Sviluppo Economico

Domandi preliminari

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli [2](1), (1a) u (6) tad-Direttiva 97/67/KE 1 , kif sussegwentement ikkompletata u emendata bid-Direttiva 2008/6/KE 2 , jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali, b’mod partikolari, l-Artikolu 2(a) u (f) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 261/1999, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(g) u (r) flimkien u (i) tar-“Regolament dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-provvista ta’ servizzi postali lill-pubbliku” inkluż fl-Anness A tad-Deċiżjoni AGCom 129/15/CONS tat-23 ta’ Marzu 2015 u r-Regoli dwar il-proċeduri għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet għall-provvista ta’ servizzi postali lill-pubbliku, relatati, li għalihom isir riferiment fid-Digriet tal-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku, tad-29 ta’ Lulju 2015, sa fejn huma intiżi li jinkludu wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizz postali, is-servizzi ta’ posta espressa?

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu [2](19) tad-Direttiva 97/67/KE, sussegwentement ikkompletata u emendata bid-Direttiva 2008/6/KE, kif ukoll il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ raġonevolezza, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali, b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 281/1999, kif ukoll l-Artikolu 8 tar-“Regolament dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-provvista ta’ servizzi postali lill-pubbliku] inkluż fl-Anness A tad-Deċiżjoni AGCOM 129/15/CONS tat-23 ta’ Marzu 2015 u r-“Regoli dwar il-proċeduri għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet għall-provvista ta’ servizzi postali lill-pubbliku”, relatati, li għalihom isir riferiment fid-Digriet tal-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku, tad-29 ta’ Lulju 2015, sa fejn dawn jimponu fuq il-fornituri tas-servizzi ta’ posta espressa r-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni ġenerali anki f’sitwazzjonijiet minbarra dawk li huma intiżi li jiggarantixxu r-rekwiżiti essenzjali fil-qasam tal-provvista tas-servizzi postali?

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 7(4) u l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 97/67/KE, kif sussegwentement ikkompletata u emendata bid-Direttiva 2008/6/KE, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali, b’mod partikolari, l-Artikoli 6(1a) u 10(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 261/1999, kif ukoll l-Artikoli 11(1)(f) u 15(2) tar-“Regolament dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-provvista ta’ servizzi postali lill-pubbliku” inkluż fl-Anness A tad-Deċiżjoni AGCOM 129/15/CONS, tat-23 ta’ Marzu 2015, u l-Artikolu 9 tar-“Regoli dwar il-proċeduri għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet għall-provvista ta’ servizzi postali lill-pubbliku”, relatati, li għalihom isir riferiment fid-Digriet tal-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku tad-29 ta’ Lulju 2015, sa fejn jimponu fuq il-fornituri tas-servizzi ta’ posta espressa, l-obbligu li jikkontribwixxu għall-fond ta’ kumpens tas-servizz universali?

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva 97/67/KE, kif sussegwentement ikkompletata u emendata bid-Direttiva 2008/6/KE, jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali, b’mod partikolari, l-Artikoli 6 u 10 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 261/1999, kif ukoll l-Artikoli 11(1)(f) u 15(2) tar-“Regolament dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-provvista ta’ servizzi postali lill-pubbliku” inkluż fl-Anness A tad-Deċiżjoni AGCOM 129/15/CONS, tat-23 ta’ Marzu 2015, u l-Artikolu 9 tar-“Regoli dwar il-proċeduri għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjonijiet għall-provvista ta’ servizzi postali lill-pubbliku”, relatati, li għalihom isir riferiment fid-Digriet tal-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku tad-29 ta’ Lulju 2015, sa fejn ma jinkludu ebda evalwazzjoni dwar il-każijiet li fihom il-kontribuzzjoni għall-fond ta’ kumpens tal-ispejjeż tas-servizz universali tista’ titqies adegwata, u sa fejn ma jipprevedu ebda mezz ta’ applikazzjoni differenti dipendenti fuq is-sitwazzjoni suġġettiva tal-kontribwenti u dik tas-swieq?

____________

1  Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 6, Vol. 3, p. 71)

2  Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal- 20 ta’ Frar 2008, li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU L 52, p. 3)