Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-5 ta' Ġunju 2008 - Timmer vs Il-Qorti ta' l-Awdituri
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Terminu għat-tressiq ta' l-ilment - Fatt ġdid - Inammissibbiltà)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Marianne Timmer (Saint-Sauves-d'Auvergne, Franza) (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)
Konvenuta: Il-Qorti ta' l-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: T. Kennedy, J.-M. Stenier u G. Corstens, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, l-annullament tar-rapporti ta' evalwazzjoni tar-rikorrenti kollha mħejjija mis-Sur L., kif ukoll tad-deċiżjonijiet konnessi u/jew sussegwenti, inklużi dawk li jaħtru lis-Sur L., u, min-naħa l-oħra, talba għal kumpens.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 326, 30.12.2006, p. 84.