Language of document : ECLI:EU:T:2014:833





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Settembru 2014 – DK Recycling und Roheisen vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑630/13)

“Ambjent – Direttiva 2003/87/KE – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Regoli tranżitorji dwar l-allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti ta’ emissjonijiet b’effett mill-2013 – Deċiżjoni 2011/278/UE – Miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni ppreżentati mill-Ġermanja – Klawżola dwar il-każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi – Libertà tal-intrapriża – Dritt għall-proprjetà – Proporzjonalità”

1.                     Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Inċidenza diretta – Deċiżjoni tal-Kummissjoni indirizzata lill-Istati Membri, dwar l-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Determinazzjoni definittiva tal-fatturi kollha li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni – Implementazzjoni ta’ natura purament awtomatika – Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri – Assenza (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikolu 11; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448) (ara l-punti 28-36)

2.                     Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Direttiva 2003/87 – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra – Sistema tranżitorja ta’ allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti – Natura eżawrjenti tar-regoli ta’ allokazzjoni armonizzata – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Assenza – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-allokazzjoni ta’ kwoti fuq il-bażi ta’ klawżola dwar każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tad-drittijiet fundamentali – Assenza (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikoli 10a u 11; Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2011/278, Artikoli 10 u 15(3) u 2013/448) (ara l-punti 40-46)

3.                     Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Direttiva 2003/87 – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra – Sistema tranżitorja ta’ allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti – Assenza ta’ klawżola dwar każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi – Ksur tad-drittijiet fundamentali – Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 15 sa 17; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikolu 10a u 11; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278) (ara l-punti 55-70)

4.                     Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Direttiva 2003/87 – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra – Sistema tranżitorja ta’ allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti – Assenza ta’ klawżola dwar każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikoli 10a u 11; Deċiżjoniji tal-Kummissjoni 2011/278) (ara l-punti 71-74, 77-81, 85-90)

5.                     Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Direttiva 2003/87 – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra – Sistema tranżitorja ta’ allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti – Natura eżawrjenti tar-regoli ta’ allokazzjoni armonizzata – Allokazzjoni fuq il-bażi ta’ regola nazzjonali li tmur lil hinn mir-regoli armonizzati – Inkompatibbiltà – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-allokazzjoni ta’ kwoti fuq il-bażi ta’ klawżola dwar każijiet li jqajmu diffikultajiet eċċessivi – Nuqqas ta’ osservanza mill-Kummissjoni tar-regoli ta’ allokazzjoni armonizzati – Assenza (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikoli 10a u 11; Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278) (ara l-punti 95-100)

6.                     Ambjent – Tniġġis atmosferiku – Direttiva 2003/87 – Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra – Sistema tranżitorja ta’ allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti – Obbligu għall-Istati Membri li jiżguraw l-assenza ta’ kalkolu doppju fost komponenti ta’ sistema – Allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas għall-emmissjonijiet ta’ komponenti ta’ sistema fuq il-bażi tal-paramentru ta’ riferiment għall-ħadid fondut – Allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas għall-emmissjonijiet tal-istess komponenti ta’ sistema bbażati fuq emmissjonijiet minn proċess għall-produzzjoni ta’ konċentrat taż-żingu – Produzzjoni ta’ konċentrat taż-żingu marbut ma bżonn supplimentari ta’ enerġija – Assenza ta’ sovrappożizzjoni bejn il-prodotti differenti kkonċernati – Assenza ta’ kalkolu doppju – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti bbażati fuq emmissjonijiet minn proċess – Annullament (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 10a(1); Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278, Artikolu 10(8) u punt 1 tal-Anness I) (ara l-punti 107-110)

7.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Regolarizzazzjoni ta’ nuqqas ta’ motivazzjoni fil-mori tal-kawża – Inammissibbiltà (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 111, 112)

8.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Drittijiet tad-difiża – Dritt ta’ smigħ – Portata – Allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra – Stħarriġ mill-Kummissjoni – Assenza ta’ possibbiltà għall-operaturi tal-installazzjonijiet ikkonċernati li juru l-perspettiva tagħhom – Ksur tad-dritt ta’ smigħ fil-każ ta’ rifjut tal-inklużjoni fil-lista tal-installazzjonijiet li huma eliġibbli għall-kwoti mingħajr ħlas – Assenza (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87, Artikolu 11) (ara l-punti 114-117)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, p. 27), sa fejn jiċħad l-inklużjoni tal-installazzjonijiet bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni DE000000000001320 u DE‑new‑14220‑0045 fil-lista tal-installazzjonijiet prevista fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631), u l-kwantitajiet annwali totali provviżorji tal-kwoti ta’ emissjonijiet allokati mingħajr ħlas lil dawn l-installazzjonijiet.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, huwa annullat sa fejn jiċħad l-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet għall-installazzjonijiet elenkati fil-Punt D tal-Anness I ta’ din id-deċiżjoni, fuq il-bażi ta’ komponenti ta’ sistema għal emissjonijiet minn proċess ta’ produzzjoni għall-produzzjoni taż-żingu fil-kalkara ta’ funderija u l-proċessi ta’ produzzjoni konnessi.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.