Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2024 – ETI Gıda Sanayi ve Ticaret vs EUIPO – Star Foods Em (Packages)
(Kawża T-92/24)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ETI Gıda Sanayi ve Ticaret AŞ (Eskişehir, it-Turkija) (rappreżentant: A. Căvescu, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SC Star Foods Em SRL (Popești Leordeni, ir-Rumanija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea “Packages” – disinn tal-Unjoni Nru 757 430-0004
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2023 fil-Każ R 912/2023-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali, kif ukoll għall-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ invalidità u ta’ appell quddiem l-EUIPO.
Motivi invokati
Ksur tal-Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002;
Ksur tal-Artikoli 94 u 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Ksur tad-dritt għal smigħ u tad-dritt għal rimedju xieraq.
____________