Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Jannar 2009 - Eurotel vs UASI - DVB Project (DVB)

(Kawża T-21/09)

Lingwa tar-rikors: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Eurotel SpA (Milan, l-Italja) (rappreżentant: F. Paola, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti(jiet) oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DVB Project

Talbiet tar-rikorrenti

Tiddikjara l-invalidità tad-deċiżjoni kkontestata u għalhekk tiddikjara l-invalidità tat-trade mark Komunitarja figurattiva "DVB" għaliex hija tmur manifestament kontra l-ittra u l-ispirtu tal-Artikolu 7(1)(b), (ċ) u (d) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja;

Tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Trade mark figurattiva "DVB" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 2.75.771), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38.

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: DVB project

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Dritt ta' trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: Il-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità ma tallega ebda dritt ta' trade mark, iżda ssostni li t-trade mark inkwistjoni hija deskrittiva u ġenerika.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (ċ) u (d) tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.

____________