Language of document :

Appell ippreżentat fl-10 ta' Settembru 2008 minn Bart Nijs mid-digriet mogħti fis-26 ta' Ġunju 2008 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-108/07, Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-375/08 P)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Bart Nijs (Bereldange, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Rollinger u A. Hertzog, avukati)

Appellata: Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tal-appellant

tiddikjara lir-rikors għal appell bħala ammissibbli,

tiddikjarah fondat,

għaldaqstant, tannulla d-digriet tas-26 ta' Ġunju 2008 fil-Kawża F-108/07, Bart Nijs vs Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-aggravji u l-argumenti prinċipali huma simili għal dawk invokati fil-Kawża T-371/08 P.

____________