Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Lulju 2012 - Pigui vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-382/11) 

("Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Teħid ta' pożizzjoni - Talba għal ordni -Inammissibbiltà manifesta")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cristina Pigui (Strejnic, ir-Rumanija) (rappreżentant: M. Alexe, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Enegren u D. Roussanov, aġenti)

Suġġett

Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni intiż sabiex jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni Ewropea naqset illegalment milli tieħu pożizzjoni dwar it-talba tar-rikorrenti intiża, l-ewwel nett, minn naħa, sabiex titwettaq, skont l-Artikoli 4 u 15 tad-Deċiżjoni Nru 1720/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta' Novembru 2006, li tistabbilixxi programm ta' azzjoni fil-qasam tat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU L 327, p. 45), investigazzjoni dwar programm ta' studju tal-Masters fuq l-internet organizzat mill-Akkademja Ewropea Online (EOA), imwaqqfa miċ-Ċentru Internazzjonali għat-Taħriġ Ewropew (CIFE), f'kooperazzjoni mal-katedra Jean Monnet fl-Università ta' Cologne (il-Ġermanja), u, min-naħa oħra, sabiex jittieħdu l-miżuri kollha previsti mill-Artikolu 6 tad-deċiżjoni hawn fuq imsemmija sabiex jipprevjenu li l-illegalitajiet kommessi jirrepetu ruħhom, sussegwentement, sabiex terġa' tiġi stabbilita s-sitwazzjoni li fiha kienu jinsabu inizjalment il-persuni milquta minn dawn l-atti illegali, jew għall-inqas, ir-rikorrenti, u, finalment, sabiex jintemm il-finanzjament tal-imsemmi master f'każ ta' nuqqas ta' osservanza ta' prinċipji kbar fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1(3)(i) ta' din id-deċiżjoni, kif ukoll prinċipji rilevanti tad-dritt tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Cristina Pigui hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 282, 24.09.2011.