Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2013 – Altadis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-400/11) 1

(“Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Skema ta’ għajnuna li tippermetti l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwisti ta’ ishma barranin – Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna – Att li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni – Nuqqas ta’ interess individwali – Assenza ta’ obbligu ta’ ħlas lura – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Altadis, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, M. Muñoz de Juan u R. Calvo Salinero, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE, tat-12 ta’ Jannar 2011, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin Nru C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU L 135, p. 1).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Altadis, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.