Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-10 ta' Ġunju 2008 - Ceuninck vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-282/03)1

("Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Post ta' konsulent fi ħdan l-OLAF - Ċaħda tal-kandidatura - Kompetenza tad-Direttur Ġenerali ta' l-OLAF - Legalità ta' l-avviż ta' post vakanti - Ksur tar-regoli ta' ħatra ta' uffiċjali fil-gradi A4 u A5 - Abbuż ta' poter - Żball manifest ta' evalwazzjoni")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Paul Ceuninck (Hertsberge, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment G. Vandersanden u A. Finchelstein, wara G. Vandersanden u L. Levi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Joris u C. Berardis-Kayser, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament ta' l-avviż ta' post vakanti COM/051/02 u tal-proċedura ta' għażla kollha li saret wara dan l-avviż, u, min-naħa l-oħra, talba għall-annulament tad-deċiżjoni ta' ħatra tas-Sinjura S., meħuda mill-Awtorità tal-Ħatra, tat-13 ta' Settembru 2002 u tad-deċiżjoni impliċita ta' ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Paul Ceuninck u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 - ĠU C 251, 18.3.2003.