Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-31 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Bremen - il-Ġermanja) – DM vs CTS Eventim AG & Co. KGaA

(Kawża C-96/21) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2011/83/KE – Dritt ta’ reċess fir-rigward tal-kuntratti mill-bogħod u l-kuntratti lil hinn mill-post tan-negozju – Eċċezzjonijiet mid-dritt ta’ reċess – Artikolu 16(l) – Provvista ta’ servizzi marbuta ma’ attivitajiet ta’ divertiment – Kuntratt li jipprevedi data jew perijodu ta’ eżekuzzjoni speċifiku – Provvista ta’ servizzi ta’ biljetti – Intermedjarju li jaġixxi f’ismu iżda għan-nom tal-organizzatur ta’ attività ta’ divertiment – Riskju marbut mal-eżerċizzju tad-dritt ta’ reċess)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Bremen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DM

Konvenut: CTS Eventim AG & Co. KGaA

Dispożittiv

L-Artikolu 16(l) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eċċezzjoni għad-dritt ta’ reċess prevista f’din id-dispożizzjoni tista’ tiġi invokata kontra konsumatur li kkonkluda, ma’ intermedjarju li jaġixxi f’ismu, iżda għan-nom tal-organizzatur ta’ attività ta’ divertiment, kuntratt mill-bogħod li jirrigwarda l-akkwist ta’ dritt ta’ aċċess għal din l-attività, sakemm, minn naħa, ix-xoljiment permezz ta’ reċess, konformement mal-Artikolu 12(a) ta’ din id-direttiva, tal-obbligu ta’ eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt fir-rigward tal-konsumatur ipoġġi r-riskju marbut mar-reżervazzjoni tal-kapaċitajiet hekk illiberati fuq l-organizzatur tal-attività kkonċernata u, min-naħa l-oħra, l-attività ta’ divertiment li dan id-dritt jagħti aċċess għaliha tkun prevista li għandha sseħħ f’data jew f’perijodu speċifiku.

____________

1     ĠU C 138, 19.4.2021.