Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2014 – BSH Bosch und Siemens Hausgeräte vs UASI – Arçelik (AquaPerfect)
(Kawża T-123/14)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Arçelik AS (Istanbul, it-Turkija)
Talbiet
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-9 ta’ Diċembru 2013 li ngħatat fil-Każ R 314/2013-4 ;
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “AquaPerfect” għal prodotti fil-klassi 7 – applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 330 454
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni Komunitarja Nru 9 444 118 għat-trade mark verbali “AquaPerfect” għal prodotti fil-klassi 7
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.