Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2014 – Gappol Marzena Porczyńska vs UASI - Gap (ITM) (GAPPol)
(Kawża T-125/14)
Lingwa tar-rikors: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: PP Gappol Marzena Porczyńska (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gap (ITM), Inc. (San Francisco, l-Istati Uniti)
Talbiet
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-2 ta’ Diċembru 2013 fil-Każ R 686/2013-1;
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “GAPPol” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 20, 25 u 37 – applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 346 165
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Komunitarja “GAP”; it-trade marks figurattivi li jinkludu l-element verbali “GAP”; it-trade marks verbali nazzjonali “GAP” u t-trade marks figurattivi nazzjonali li jinkludu l-element verbali “GAP” għal prodotti fil-klassi 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009