Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2015 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-126/14) 1
(“FAEGG – Taqsima ‘Garanziji’ – FAEG u FAEŻR – Korrezzjoni finanzjarja applikata fuq il-bażi tan-nuqqas ta’ dikjarazzjoni tal-interessi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Obbligu li jiġu kkalkolati l-interessi – Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 – Prinċipju ta’ ekwivalenza – Obbligu ta’ diliġenza”)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. K. Bulterman, J. Langer u M. Noort, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Kranenborg u P. Rossi, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/763/UE, tat-12 ta’ Diċembru 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 338, p. 81)DispożittivId-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/763/UE, tat-12 ta’ Diċembru 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn din tapplika għar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi korrezzjoni finanzjarja, li titla’ għal EUR 4 703 231.78, bħala interessi mhux iddikjarati marbuta ma’ djun relatati ma’ imposti addizzjonali mħallsa tardivament u li jippreċedu l
-1 ta’ April
1993 u ma’ ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni indebitament imħallsa u li jippreċedu l-1 ta’ April 1995.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.
____________1 ĠU C 112, 14.4.2014.