Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-18 ta’ April 2024 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal judiciaire d’Auch - Franza) – EP vs Préfet du Gers, Institut national de la statistique et des études économiques (INSEE)

(Kawża C-716/22 , Préfet du Gers et Institut national de la statistique et des études économiques II) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ċittadinanza tal-Unjoni – Ċittadin tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq li jirrisjedi fi Stat Membru – Artikoli 20 u 22 TFUE – Id-dritt tal-vot u d-dritt tal-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fl-Istat Membru ta’ residenza – Artikolu 50 TUE – Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika – Konsegwenzi tal-ħruġ ta’ Stat Membru mill-Unjoni – Tħassir mil-listi elettorali fl-Istat Membru ta’ residenza – Artikolu 39 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Validità tad-Deċiżjoni (UE) 2020/135)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal judiciaire d’Auch

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: EP

Konvenuti: Préfet du Gers, Institut national de la statistique et des études économiques (INSEE)

Fil-preżenza ta’: Commune de Thoux, irrappreżentat mis-Sindku ta’ Thoux

Dispożittiv

Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, adottat fis-17 ta’ Ottubru 2019 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2020, moqri fid-dawl tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sa mill-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea, fl-1 ta’ Frar 2020, iċ-ċittadini ta’ dan l-Istat li eżerċitaw id-dritt tagħhom li jirrisjedu fi Stat Membru qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ tranżizzjoni, ma jibbenefikawx iktar minn dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom.

L-eżami tal-ewwel domanda ma wera’ ebda element ta’ natura tali li jaffettwa l-validità tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135, tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

____________

1     ĠU C 83, 6.3.2023.