Rikors ippreżentat fit-23 ta' Awwissu 2010 - Hartmann vs UASI - Mölnlycke Health Care (MESILETTE)
(Kawża T-342/10)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Paul Hartmann AG (Heidenheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Aicher, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mölnlycke Health Care AB (Göteborg, l-Isveżja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni), tal-20 ta' Mejju 2010, fil-Każ R 1222/2009-2, u;
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "MESILETTE", għal prodotti fil-klassi 5 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6494025
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali "MEDINETTE" rreġistrata fil-Ġermanja taħt in-numru 1033551 għal prodotti fil-klassi 25; trade mark internazzjonali "MEDINETTE" irreġistrata taħt in-numru 486204 għal prodotti fil-klassi 25
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell evalwa b'mod żbaljat il-probabbiltà ta' konfużjoni, b'mod partikolari, tax-xebh tas-sinjali.
____________