Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Settembru 2021 – Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO – Papouis Dairies (fino)

(Kawża T-558/21)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi (Nikosija, Ċipru) (rappreżentant: C. Milbradt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Papouis Dairies LTD (Nikosija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni fino Cyprus Halloumi Cheese – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 180 791

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ April 2021 fil-Każ R 578/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u l-parti l-oħra quddiem il-EUIPO għall-ispejjeż tagħhom stess u għal dawk tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________