Language of document : ECLI:EU:T:2023:27


 


 



Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal1 ta’ Frar 2023 – Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO – Papouis Dairies (fino)

(Kawża T558/21) (1)

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Cyprus Halloumi Cheese – Trade mark kollettiva verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HALLOUMI – Raġuni relattiva għal rifjut – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Trade marks kollettivi tal-Unjoni Ewropea – Funzjoni essenzjali – Distinzjoni bejn il-prodotti jew is-servizzi tal-membri tal-Assoċjazzjoni detentriċi tat-trade mark u dawk ta’ impriżi oħra

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 66(1))

(ara l-punt 32)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark kollettiva preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b) u 66(1))

(ara l-punti 33 sa 35)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark figurattiva fino Cyprus Halloumi Cheese u trade mark kollettiva verbali HALLOUMI

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 39, 50, 51, 54, 67, 85)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Karattru distintiv dgħajjef tat-trade mark preċedenti – Effett

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punti 55, 66, 69, 76)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark kollettiva preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b) u 66(2))

(ara l-punti 56 sa 58)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Papouis Dairies Ltd.


1      ĠU C 452, 8.11.2021