Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Divisional Court) (ir-Renju Unit) fit-18 ta’ Frar 2015 – OJSC Rosneft Oil Company vs Her Majesty’s Treasury, Secretary of State for Business, Innovation and Skills, The Financial Conduct Authority

(Kawża C-72/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Divisional Court)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: OJSC Rosneft Oil Company

Konvenuti: Her Majesty’s Treasury, Secretary of State for Business, Innovation and Skills, The Financial Conduct Authority

Domandi preliminari

Id-domandi suġġetti għar-rinviju jikkonċernaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK 1 , kif emendata bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2014/659/PESK2 u 2014/872/PESK3 (iktar ’il quddiem riferuti kollettivament bħala, id-“deċiżjoni”) u r-Regolament (UE) Nru 833/2014 4 , kif emendat bir-Regolamenti (UE) n° 960/2014 5 u Nru 1290/2014 6 (iktar ’il quddiem riferuti kollettivament bħala, ir-“regolament”). Id-domandi huma s-segwenti:

1)     Fid-dawl b’mod partikolari tal-Artikolu 19(1), (24) u (40) TUE, tal-Artikolu 47 [tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea] u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti sabiex tagħti deċiżjoni preliminari, skont l-Artikolu 267 TFUE, dwar il-validità tal-Artikolu 1(2)(b) sa (d), u (3), tal-artikoli 4, 4a u 7 u tal-Anness III tad-deċiżjoni?

2), a)    hija invalida waħda jew iktar mis-segwenti dispożizzjonijiet (iktar ’il quddiem il-“miżuri kkonċernati”) tar-regolament u, sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja hija kompetenti, hija invalida wkoll id-deċiżjoni?:

i)     l-Artikoli 4 u 4a tad-deċiżijoni;

ii)     l-Artikoli 3, 3a, 4(3) u (4) u l-Anness II tar-Regolament;

(iktar ’il quddiem, meħuda flimkien bħala, id-“dispożizzjonijiet marbuta mas-settur taż-żejt”);

iii)     l-Artikolu 2(b) sa (d) u (3) u l-Anness III tad-deċiżjoni;

iv)     l-Artikolu 5(2)(b) sa (d) u (3) u l-Anness VI tar-Regolament;

(iktar ’il quddiem, meħuda flimkien bħala, id-“dispożizzjonijiet marbuta mat-titoli trasferibbli u mas-self”);

v)     l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni; u

vi)     l-Artikolu 11 tar-Regolament.

2)(b) F’każ li l-miżuri kkonċernati jkunu validi, tmur kontra l-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ preċiżjoni tal-liġi applikabbli (nulla poena sine lege certa) l-impożizzjoni minn Stat Membru ta’ sanzjonijiet penali, abbażi tal-Artikolu 8 tar-Regolament, qabel ma jkun ġie speċifikat b’mod suffiċjenti l-kamp ta’ applikazzjoni tal-ksur ikkonċernat mill-Qorti tal-Ġustizzja?

3)    F’każ li l-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ikkonċernati, imsemmija fid-domanda 2(a) ikunu invalidi:

a)    It-terminu “għajnuna finazjarja” li jinsab fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament jinkludi l-ipproċessar ta’ pagament minn bank jew minn organu finanzjarju ieħor?b)    L-Artikolu 5 tar-Regolament jipprojbixxi l-ħruġ ta’ ċertifikati internazzjonali (“Global Depositary Receipts” jew “GDR”) maħruġa fit-12 ta’ Settemebru 2014 u wara din id-data skont ftehim ta’ depożitu mal-entitajiet elenkati fl-Anness VI, jew kull tranżazzjoni li tikkonċerna lil dawn tal-aħħar, meta dawn ikunu rappreżentattivi ta’ azzjonijiet ta’ waħda minn dawn l-entitajiet li nħarġu qabel it-12 ta’ Settembru 2014?c)     Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li jeżisti nuqqas ta’ preċiżjoni li tista’ tiġi solvuta b’mod adegwat minn elementi ġodda ta’ gwida pprovduti minnha, kif għandhom jiġu interpretati l-kliem “shale” u “ilmijiet b’fond ta’ iktar minn 150 metru” li jinsabu fl-Artikolu 4 tad-deċiżjoni u fl-Artikoli 3 u 3a tar-regolament? B’mod partikolari, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li dan huwa neċessarju u adegwat, hija tista’ tagħti interpretazzjoni ġeoloġika tal-kelma “shale” li għandha tintuża sabiex timplementa r-regolament, u tispeċifika jekk il-miżura ta’ “ilmijiet b’fond ta’ iktra minn 150 metru” għandhiex tittieħed mill-punt tat-tħaffir jew minn xi punt ieħor?

____________

____________

1  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK, tal-31 ta’ Lulju 2014, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229, p. 13)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/659/PESK, tat- 8 ta’ Settembru 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina, ĠU L 271, p. 54.  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/872/PESK, tal-4 ta’ Diċembru 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwa

r miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina u d-Deċiżjoni 2014/659/PESK li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK, ĠU L 349, p. 58.  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014, tal-31 ta’ Lulju 2014, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina, ĠU L 229, p. 1. Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 960/2014, t