Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta' Marzu 2013 - Communicaid Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-4/13 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta' sejħa għal offerti - Servizzi ta' taħriġ fil-lingwa - Ċaħda tal-offerta ta' offerent - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjon u ta' miżuri provviżorji - Telf ta' opportunità - Assenza ta' dannu gravi u irreparabbli - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Communicaid Group Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Brennan, solicitor, F. Randolph, QC u M. Gray, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u S. Lejeune, aġenti, assistiti minn P. Wytinck, avukat)

Suġġett

Talba intiża, minn naħa, li tissospendi l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiċħdu l-offerti sottomessi mir-rikorrenti, għal diversi lottijiet fil-kuntest ta' kuntratti-qafas għall-provvista ta' taħriġ lingwistiku għall-persunal tal-Istituzzjonijiet, Korpi u Aġenziji tal-Unjoni Ewropea stabbiliti fi Brussell (il-Belġju) u, min-naħa l-oħra, li tipprojbixxi lill-Kummissjoni tikkonkludi mal-offerent rebbieħ il-kuntratti dwar il-lottijiet inkwistjoni.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________