Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2014 – Communicaid Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-4/13) 1

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ servizzi ta’ taħriġ lingwistiku għall-persunal tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-aġenziji tal-Unjoni stabbiliti fi Brussell – Ċaħda tal-offerti ta’ offerent – Prinċipju ta’ trasparenza – Nondiskriminazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Artikolu 94 tar-Regolament finanzjarju – Kriterji ta’ selezzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Kriterji ta’ għoti – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Communicaid Group Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Brennan, solicitor, F. Randolph, QC, u M. Gray, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u S. Lejeune, aġenti, assistiti minn P. Wytinck u B. Hoorelbeke, avukati)SuġġettTalba għall-annullament, totali jew parzjali, tad-deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kummissjoni rrifjutat li tikklassifika lil Communicaid Group Ltd fl-ewwel pożizzjoni għal-lottijiet Nri 1, 2, 4, 7, 8 u 9 tas-sejħa għal offerti HR/R3/PR/2012/002, relatati ma’ ftehimiet qafas dwar il-provvista ta’ taħriġ lingwistiku għall-persunal tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea stabbiliti fi Brussell (il-Belġju).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Communicaid Group Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.