Language of document : ECLI:EU:T:2014:437





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2014 – Communicaid Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑4/13)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ servizzi ta’ taħriġ lingwistiku għall-persunal tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-aġenziji tal-Unjoni stabbiliti fi Brussell – Ċaħda tal-offerti ta’ offerent – Prinċipju ta’ trasparenza – Nondiskriminazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Artikolu 94 tar-Regolament finanzjarju – Kriterji ta’ selezzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Kriterji ta’ għoti – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta – Evalwazzjoni fid-dawl tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tar-rikorrent fil-mument tal-preżentata tar-rikors (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(3)) (ara l-punti 21-24, 28)

2.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Obbligu li jiġi osservat il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti – Neċessità li tiġi żgurata l-ugwaljanza tal-opportunitajiet u li wieħed ikun konformi mal-prinċipju ta’ trasparenza – Portata – Kunflitt ta’ interessi bejn offerent u membru tal-kumitat ta’ evalwazzjoni – Ksur – Oneru tal-prova (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikoli 52(2) u 89(1)) (ara l-punti 51-53, 59, 82)

3.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti (ara l-punti 95, 96)

4.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Possibbiltà mogħtija lill-awtorità kontraenti li tikkuntattja offerent wara li jkunu nfetħu l-offerti – Obbligu li offerent jiġi mistieden jikkompleta jew jiċċara d-dokumenti ta’ sostenn ippreżentati rigward il-kriterji ta’ esklużjoni u ta’ selezzjoni – Assenza (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 146(3)) (ara l-punt 105)

5.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors – Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punt 128)

Suġġett

Talba għall-annullament, totali jew parzjali, tad-deċiżjonijiet li permezz tagħhom il-Kummissjoni rrifjutat li tikklassifika lil Communicaid Group Ltd fl-ewwel pożizzjoni għal-lottijiet Nri 1, 2, 4, 7, 8 u 9 tas-sejħa għal offerti HR/R3/PR/2012/002, relatati ma’ ftehimiet qafas dwar il-provvista ta’ taħriġ lingwistiku għall-persunal tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea stabbiliti fi Brussell (il-Belġju).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Communicaid Group Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.