Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Constanţa - Ir-Rumanija) – Euro Delta Danube Srl vs Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură - Centrul Judeţean Tulcea

(Kawża C-225/20) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Agrikoltura – Politika Agrikola Komuni – Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014 – Sistema ta’ għajnuna skont l-erja – Pagament uniku skont l-erjas – Kriterju ta’ ammissibbiltà – Kuntratt ta’ konċessjoni ta’ artijiet agrikoli – Bidla fl-użu ta’ dawn l-artijiet mingħajr il-kunsens tal-konċessjonarju – Użu għal finijiet agrikoli ta’ erjas intiżi għall-użu ta’ akwakultura – Differenza bejn l-erja ddikjarata u l-erja ddeterminata – Dikjarazzjoni eċċessiva – Penali amministrattivi)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Constanţa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent(i): Euro Delta Danube Srl

Konvenut(a)(i): Agenţia de Plăţi şi Intervenţie pentru Agricultură - Centrul Judeţean Tulcea

Dispożittiv

Il-punt 23 tal-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 19(1) u (2) tar-Regolament ta’ Delega (UE) tal-Kummissjoni Nru 640/2014 li jissupplimenta r-Regolament Nru 1306/2013 fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta’ pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità kif emendat mir-Regolament Delegat (UE) 2016/1393 tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 2016, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprevedux, fil-qafas tal-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja, għall-impożizzjoni fuq applikant għal għajnuna agrikola ta’ penali amministrattivi għal dikjarazzjoni eċċessiva, għar-raġuni li dan tal-aħħar qed juża għal finijiet agrikoli erjas li jkun ingħata, għal użu ta’ akwakultura mingħajr il-qbil tal-konċedent dwar tali bidla fl-użu ta’ dawn l-erjas, peress li dan l-applikant għall-għajnuna għandu, fil-każ tal-imsemmija erjas, awtonomija suffiċjenti għall-finijiet tal-eżerċizzju tal-attività agrikola tiegħu.

____________

1     ĠU C 297, 07.09.2020.