Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2024 – Ghost - Corporate Management vs EUIPO – Nacomi Group (fluff)
(Kawża T-170/24)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ghost - Corporate Management SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentant: P. Malheiro Lima, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nacomi Group sp. z o.o. (Wilkowice, il-Polonja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “fluff” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 186 228
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Jannar 2024 fil-Każ R 1609/2023-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark kontenzjuża;
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill moqri flimkien mal-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (EU) 2018/625.
____________