Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Settembru 2010 - HerkuPlast Kubern vs UASI - How (eco-pack)

(Kawża T-445/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: HerkuPlast Kubern GmbH (Ering, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Heidi A. T. How (Harrow, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-27 ta' Lulju 2010, fil-Każ R 1014/2009-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Heidi A. T. How.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "eco-pack", għal prodotti fil-klassi 16.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Ġermaniża u r-reġistrazzjoni internazzjonali "ECOPAK" għal prodotti fil-klassi 20.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1 sa fejn teżisti probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti, kif ukoll ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 sa fejn il-Bord tal-Appell innega kompletament l-eżistenza ta' probabbiltà ta' konfużjoni, ir-raġunament tiegħu huwa kontradittorju fuq diversi punti u ċaħad b'mod żbaljat bħala irrilevanti l-argumenti effettivament rilevanti mressqa mir-rikorrenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).