Language of document : ECLI:EU:T:2011:65





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Marzu 2011 – Rheinischer Sparkassen- und Giroverband vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-27/11 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Talba għal miżuri provviżorji – Inammissibbiltà manifesta”

Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Ammissibbiltà prima facie tar-rikors prinċipali - Eżami sommarju tar-rikors prinċipali mill-Imħallef għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ interess ġuridiku fir-rigward tar-rikors prinċipali - Inammissibbiltà tat-talba għal miżuri provviżorji (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(1)) (ara l-punti 10, 12)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 9525 finali, tal-21 ta’ Diċembru 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat MC 8/2009 u C 3/2009 – il-Ġermanja – WestLB trasferimenti, sa fejn jirriżulta li għandhom jiġu fit-tmiem l-operazzjonijiet il-ġodda tal-Westdeutsche Immobilien Bank AG wara l-15 ta’ Frar 2011.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.