Language of document :

Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2014 – Mo Industries vs UASI (Splendid)

(Kawża T-203/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mo Industries LLC (Los Angeles, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-7 ta’ Jannar 2014, mogħtija fil-Każ R 1542/2013-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Splendid” għal prodotti fil-klassijiet 18 u 25 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 613 131

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.