Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2014 – LR Health & Beauty Systems vs UASI – Robert McBride (LR nova pure.)

(Kawża T-202/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LR Health & Beauty Systems GmbH (Ahlen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Weber u L. Thiel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Robert McBride Ltd (Manchester, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta’ Jannar 2014 fil-Każ R 272/2013-2;

tikkundanna lill-konvenut u, jekk ikun xieraq, lill-parti l-oħra fil-proċedimenti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrentiTrade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “LR nova pure.” Għal prodotti fil-klassi 3 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 9 851 361Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-AppellTrade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali internazzjonali NOVADeċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009