Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2014 – Victor International vs UASI – Ovejero Jiménez u Becerra Guibert (VICTOR)

(Kawża T-204/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Victor International GmbH (Elmshorn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kaase u J. Plate, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell : Gregorio Ovejero Jiménez u María Luisa Cristina Becerra Guibert (Alicante, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Jannar 2014, fil-Każ R 2208/2012-2 sa fejn din laqgħet l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċedura;

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “VICTOR” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 28 u 35 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 409 963Proprjetarji tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Gregorio Ovejero Jiménez u María Luisa Cristina Becerra GuibertTrade mark jew sinjal invokat: Bosta trade marks figurattivi nazzjonali li jinkludu l-element verbali “Victoria” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25 u 35Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni kkontestata annullata parzjalment Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 42(2) u (4) tar-Regolament Nru 207/2009 u mar-Regola 22(3) u (4) tar-Regolament Nru 2868/95; ksur tal-Artikolu 15(1)(a), meħud flimkien mal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u ksur tal-Artikolu 8(1)

(b) tar-Regolament Nru 207/2009.