Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Mejju 2015 – Mo Industries vs UASI (Splendid)

(Kawża T-203/14)1

(Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Splendid – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Mo Industries LLC (Los Angeles, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Jannar 2014 (Każ R 1542/2013-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Splendid bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Mo Industries LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.