Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Schroeder vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-205/14) 1

[“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Dumping – Importazzjoni ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat li joriġina miċ-Ċina – Regolament (KE) Nru 1355/2008 ddikjarat invalidu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tar-regolament – Rikors għad-danni – Eżawriment tar-rimedji nazzjonali – Ammissibbiltà – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [li sar Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009] – Dmir ta’ diliġenza – Rabta kawżali”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: I. Schroeder KG (GmbH & Co.) (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Landry, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. P. Hix, aġent, assistit inizjalment minn D. Geradin u N. Tuominen, sussegwentement minn N. Tuominen, avukati) u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)SuġġettRikors għad-danni intiż li jikseb kumpens għad-danni allegatament imġarrba mill-fatt tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1355/2008, tat-18 ta’ Diċembru 2008, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 350, p. 35), iddikkjarat invalidu bis-sentenza tat-22 ta’ Marzu 2012, GLS (C-338/10, Ġabra, EU:C:2012:158).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.I. Schroeder KG (GmbH & Co.) hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 212, 7.7.2014.