Language of document : ECLI:EU:T:2015:301





Sentenza tal-Qorti tal-Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015 — Mo Industries vs UASI (Splendid)

(Kawża T‑203/14)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Splendid — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Evalwazzjoni tal-karattru distintiv — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 14, 15, 30)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar — Formula promozzjonali ta’ natura li tfaħħar (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 16, 17)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade marks li huma kkostitwiti minn slogans ta’ reklamar — Karattru distintiv — Applikazzjoni ta’ kriterji ta’ evalwazzjoni speċifiċi — Inammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punt 18)

4.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark figurattiva Splendid (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 21-23, 26-28, 37)

5.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ legalità — Ħtieġa ta’ eżami strett u komplet f’kull każ konkret (ara l-punt 48)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Jannar 2014 (Każ R 1542/2013 1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Splendid bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mo Industries LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.