Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Jannar 2016 – LR Health & Beauty Systems vs UASI– Robert McBride (LR nova pure.)

(Kawża T-202/14) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva LR nova pure. – Trade mark internazzjonali verbali preċedenti NOVA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LR Health & Beauty Systems GmbH (Ahlen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Weber u L. Thiel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Robert McBride Ltd (Manchester, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Jannar 2014 (Każ R 272/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Robert McBride Ltd u LR Health & Beauty Systems GmbH.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

LR Health & Beauty Systems GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 235, 21.7.2014.