Language of document : ECLI:EU:T:2015:673

Kawża T‑205/14

I. Schroeder KG (GmbH & Co.)

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

u

Il-Kummissjoni Ewropea

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Dumping – Importazzjoni ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippreżervat li joriġina miċ-Ċina – Regolament (KE) Nru 1355/2008 ddikjarat invalidu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tar-regolament – Rikors għad-danni – Eżawriment tar-rimedji nazzjonali – Ammissibbiltà – Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi – Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [li sar Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009] – Dmir ta’ diliġenza – Rabta kawżali”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-23 ta’ Settembru 2015

1.      Rikors għad-danni – Natura awtonoma – Eżawriment tar-rimedji nazzjonali – Eċċezzjoni – Impossibbiltà jew diffikultà eċċessiva li jinkiseb kumpens quddiem il-qorti nazzjonali – Oneru tal-prova – Portata – Limitazzjoni fl-għoti ta’ indizji ta’ natura li jqajmu dubji serji fir-rigward tan-natura effettiva tal-protezzjoni żgurata mir-rimedji nazzjonali

(Artikoli 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

2.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Dannu – Rabta kawżali – Kundizzjonijiet kumulattivi – Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet – Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

3.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Ksur suffiċjentement serju tad-dritt tal-Unjoni – Rekwiżit ta’ ksur manifest u gravi mill-istituzzjonijiet tal-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħhom – Nuqqas li jsiru investigazzjonijiet matul proċedura antidumping – Ksur totali tal-obbligi li jirriżultaw mid-dmir ta’ diliġenza – Assenza – Nuqqas ta’ involviment tar-responsabbiltà tal-Unjoni

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, kif emendat bir-Regolament Nru 1225/2009, Artikolu 2(7)(a))

4.      Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Rabta kawżali – Kunċett – Oneru tal-prova

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 18, 21, 28)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 31, 57)

3.      Meta l-istituzzjonijiet ikollhom marġni ta’ diskrezzjoni, il-kriterju deċiżiv sabiex jiġi kkunsidrat li ksur tad-dritt tal-Unjoni huwa suffiċjentement serju sabiex jinvolvi r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tagħha huwa dak tal-ksur manifest u gravi tal-limiti imposti fuqha.

Sabiex tiġi stabbilita l-portata tal-marġni ta’ diskrezzjoni li għandhom l-istituzzjonijiet, għandu jiġi ddeterminat preliminarjament l-aġir speċifikament ikkritikat ta’ dawn l-istituzzjonijiet fl-implementazzjoni tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament Nru 384/96, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif emendata bir-Regolament Nru 1225/2009. Tali miżura hija spjegata bil-fatt li l-implementazzjoni ta’ dispożizzjoni tista’ tinvolvi atti differenti li għalihom l-istituzzjoni responsabbli biex timplementahom ma jkollhiex neċessarjament l-istess marġni ta’ diskrezzjoni. Huwa b’mod partikolari l-każ ta’ dispożizzjonijiet li jipprevedu l-metodu ta’ kalkolu ta’ valur, bħall-valur normali fil-kalkolu tal-marġni ta’ dumping.

Il-Kummissjoni għandha marġni ta’ diskrezzjoni fil-kuntest ta’ investigazzjoni antidumping, kemm f’dak li jirrigwarda l-analiżi tad-data statistika pprovduta minn Eurostat, kif ukoll f’dak li jirrigwarda t-tkomplija tal-investigazzjonijiet tagħha abbażi ta’ din l-analiżi sabiex tirriċerka pajjiż terz b’ekonomija tas-suq, konformement mal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament Nru 384/96.

Fil-każ ta’ regolament li impona drittijiet antidumping li ġie ddikjarat invalidu għar-raġuni li l-Kummissjoni injorat id-dmir ta’ diliġenza tagħha meta ma komplietx l-investigazzjonijiet tagħha, minkejja li hija kien imissha tkomplihom, l-aġir li huwa b’hekk imputabbli lill-Kummissjoni huwa li ma għamlitx sforz serju u suffiċjenti u li, konsegwentement, evalwat b’mod żbaljat il-portata tal-obbligi tagħha li jirriżultaw mid-dmir ta’ diliġenza tagħha. Meta għamlet dan, min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni ma kisritx totalment l-obbligi li jirriżultaw mid-dmir tagħha ta’ diliġenza, peress li hija ma naqsitx milli tipproċedi għal miżuri ta’ investigazzjoni, iżda mexxiet investigazzjoni ex officio matul il-proċedura li bis-saħħa tagħha hija skopriet l-eżistenza ta’ żewġ produtturi, minn pajjiż terz, tal-prodott suġġett għad-drittijiet antidumping, li bagħtitilhom xi kwestjonarji.

F’dawn il-kundizzjonijiet, l-istituzzjonijiet ma jistgħux jiġu kkritikati għal ebda att jew aġir li jista’ jistabbilixxi r-responsabbiltà tal-Unjoni u r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni ma tistax tiġi stabbilita.

(ara l-punti 36, 38, 41‑43, 45, 47, 49‑52, 54‑57)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 59)