Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Settembru 2016 – Victor International vs EUIPO – Ovejero Jiménez u Becerra Guibert (VICTOR)

(Kawża T-204/14) 1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali VICTOR – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti victoria – Raġuni relattiva għal rifjut – Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Natura tal-użu – Forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv – Artikolu 15(1) u Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Victor International GmbH (Elmshorn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kaase u J.-C. Plate, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. García Murillo u A. Folliard Monguiral, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gregorio Ovejero Jiménez (Alicante, Spanja) u María Luisa Cristina Becerra Guibert (Alicante) (rappreżentant: M. Veiga Serrano, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-22 ta’ Jannar 2014 (Każ R 2208/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn G. Ovejero Jiménez u M. Becerra Guibert, minn naħa, u Victor International, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Victor International GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 245, 28.7.2014.