Language of document : ECLI:EU:T:2007:377





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2007 – Atlantic Container Line et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-113/04)

“Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza – Ħlas lura ta’ l-ispejjeż ta’ garanzija bankarja stabbilita sabiex jiġi ddifferit il-ħlas ta’ multa imposta mill-Kummissjoni u sussegwentement annullata mill-Qorti tal-Prim’Istanza – Rikors għal annullament u għad-danni – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità – Nuqqas ta’ rabta kawżali diretta bejn l-aġir illegali ta’ l-istituzzjoni u d-dannu invokat”

1.                     Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Obbligu li jiġu adottati miżuri ta’ eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ mezzi ta’ rikors ibbażati fuq l-Artikoli 220 KE u 233 KE – Possibbiltà għall-individwi li jinvokaw id-drittijiet tagħhom fuq il-bażi ta’ l-Artikoli 230 KE u 232 KE (Artikoli 220 KE, 230 KE, 232 KE u 233 KE) (ara l-punti 22-23)

2.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Kundizzjonijiet – Illegalità – Danni – Rabta kawżali – Kunċett – Spejjeż ta’ garanzija bankarja meħtieġa minħabba li impriża għażlet li ma tħallasx multa imposta mill-Kummissjoni – Nuqqas ta’ rabta kawżali diretta (Trattat KE, Artikolu 185 u l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 192 (li saru l-Artikolu 242 KE u l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 256 KE; it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 288 KE) (ara l-punti 31-40)

3.                     Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Sentenza li tannulla l-multa imposta fuq impriża għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni jew li tnaqqas l-ammont – Obbligu li jiġu adottati miżuri ta’ eżekuzzjoni – Portata – Ħlas lura ta’ l-ammont imħallas indebitament u l-ħlas ta’ interessi moratorji – Inklużjoni – Spejjeż ta’ garanzija bankarja – Esklużjoni (Artikolu 233 KE) (ara l-punti 58-65)

Suġġett

Minn naħa, rikors intiż għall-annullament ta’ l-ittra tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Jannar 2004 li tiċħad il-ħlas lura ta’ l-ispejjez ta’ garanzija bankarja mġarrba mir-rikorrenti minħabba multi imposti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/243/KE, tas-16 ta’ Settembru 1998, dwar proċedura skond l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat KE [li saru l-Artikoli 81 KE u 82 KE] (Każ IV/35.134 – Trans-Atlantic Conference Agreement) (ĠU 1999, L 95, p. 1), annullata mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-30 ta’ Settembru 2003, Atlantic Container Line et vs Il-Kummissjoni (T-191/98 u T-212/98 sa T-214/98, Ġabra p. II-3275), u, min-naħa l-oħra, rikors għal kumpens intiż għar-rimbors ta’ l-ispejjeż tal-garanzija bankarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-rikorrenti huma kkundannati għall-ispejjeż.