Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Piotrkowie Trybunalskim (il-Polonja) fid-19 ta’ Marzu 2018 – Proċeduri kriminali kontra B.S.

(Kawża C-195/18)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Piotrkowie Trybunalskim

Partijiet fil-kawża prinċipali

B.S.

Prokuratura Okręgowa w Piotrkowie Trybunalskim

Łódzki Urząd Celno-Skarbowy w Łodzi

Urząd Celno-Skarbowy w Piotrkowie Trybunalskim

Domanda preliminari

L-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku 1 , moqri flimkien mal-Anness Nru 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana 2 , għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott li fir-rigward tiegħu, għall-ksib tal-most, intużaw estratti tax-xgħir, ġulepp tal-glukożju, aċidu ċitriku u ilma, jista’ jkun birra magħmula mix-xgħir li taqa’ taħt il-kodiċi NM 2203 tan-Nomenklatura Magħquda, inkluż meta l-porporzjon tal-ingredjenti li ma fihomx ix-xgħir li jinsabu fil-most huwa predominanti meta mqabbel mal-proporzjon tal-ingredjenti li fihom ix-xgħir u meta l-ġulepp tal-glukożju jiżdied fil-most qabel il-proċess ta’ fermentazzjoni tiegħu, u skont liema kriterji għandu jiġi ddeterminat il-proporzjon tal-ingredjenti li fihom ix-xgħir u ta’ dawk li ma fihomx ix-xgħir fil-most primittiv sabiex il-prodott miksub jiġi kklassifikat bħala birra li taqa’ taħt il-kodiċi NM 2203?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9,Vol. 1, p. 206.

2 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.