Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-25 ta' Ottubru 2007 - Lo Giudice vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-27/05)1

("Uffiċjali - Rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera - Eżerċizzju ta' evalwazzjoni 2003 - Irregolaritajiet proċedurali - Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal - Dritt li wieħed jinstema' - Leave tal-mard - Ċertifikat mediku")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Carmela Lo Giudice (Grimbergen, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment F. Frabetti u G. Bounéou, sussegwentement F. Frabetti, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u H. Kraemer, aġenti)

Suġġett

Talba intiża għall-annullament ta' l-eżerċizzju ta' evalwazzjoni li jkopri l-perijodu ta' bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru 2003 u, sussidjarjament, għall-annullament tad-deċiżjoni ta' l-4 ta' Mejju 2004 li tistabbilixxi b'mod definittiv ir-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrenti għall-perijodu kkonċernat.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta' l-4 ta' Mejju 2004 li tistabbilixxi b'mod definittiv ir-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrenti għall-eżerċizzju ta' evalwazzjoni 2003 hija annulata.

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 82, 2.4.2005.