Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-18 ta' Ottubru 2007 - Ekabe Internationl vs L-UASI - Ebro Puleva (OMEGA 3)

(Kawża T-28/05)1

"Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva OMEGA 3 - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti PULEVA-OMEGA 3 - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)b tar-Regolament KE Nru 40/94"

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ekabe International SCA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: C. de Haas, avocat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Ebro Puleva, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: P. Casamitjana Lleonart, avocat)

Suġġett tal-kawża

Rikors magħmul kontra d-deċiżjoni tar-raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tas-6 ta' Ottubru 2004 (kawża R 117/2001 4), dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Puleva SA (li saret Ebro Puleva, SA) u Ekabe International SCA..

Dispożittiv tas-sentenza

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Ekabe International SCA hija kkundannata tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 82, 02.04.2005