Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Mejju 2010 - KME Germany et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-25/05) 1

"Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-pajpijiet tar-ram għall-plumbing - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Multi - Impatt reali fuq is-suq - Daqs tas-suq ikkonċernat - Tul tal-ksur - Kapaċità kontributtiva - Kooperazzjoni"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: KME Germany AG, li kienet KM Europa Metal AG (Osnabrück, il-Ġermanja); KME France SAS, li kienet Tréfimétaux SA (Courbevoie, Franza); u KME Italy SpA, li kienet Europa Metalli SpA (Firenze, l-Italja) (rappreżentanti: M. Siragusa, A. Winckler, G. C. Rizza, T. Graf, M. Piergiovanni, avukati, u R. Elderkin, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, S. Noë u C. Thomas, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għat-tnaqqis tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti fl-Artikolu 2(g), (h) u (i) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 2826, tat-3 ta' Settembru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/38.069 - Pajpijiet tar-ram għall-plumbing) u, min-naħa l-oħra, kontrotalba tal-Kummissjoni għaż-żieda tal-ammont tal-imsemmija multi.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Il-kontrotalba mressqa mill-Kummissjoni Ewropea hija miċħuda.

KME Germany AG, KME France SAS u KME Italy SpA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u 50 % tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tbati 50 % tal-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 82, 02.04.2005.