Language of document : ECLI:EU:T:2010:206





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Mejju 2010 – KME Germany et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-25/05)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Settur tal-pajpijiet tar-ram għall-plumbing – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Multi – Impatt konkret fuq is-suq – Daqs tas-suq ikkonċernat – Tul tal-ksur – Kapaċità kontributtiva – Kooperazzjoni”

1.                     Kompetizzjoni - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-multi - Metodu ta’ kalkolu li jieħu inkunsiderazzjoni diversi elementi ta’ flessibbiltà (Artikolu 229 KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03) (ara l-punti 51-55)

2.                     Proċedura - Terminu għall-produzzjoni tal-provi (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 48(1), u 66(2)) (ara l-punti 73, 76)

3.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Possibbiltà li ssir distinzjoni bejn l-impriżi implikati fl-istess ksur skont l-ishma tagħhom fis-suq tal-prodotti inkwistjoni (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1A) (ara l-punti 79, 80, 106)

4.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Teħid inkunsiderazzjoni tal-impatt konkret fuq is-suq (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15, u Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1A) (ara l-punti 81, 82, 85, 86, 89)

5.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Tul tal-ksur - Ksur għal perijodu twil - Żieda ta’ 10 % tal-ammont inizjali fis-sena (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1B) (ara l-punti 111, 112, 114)

6.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Ċirkustanzi attenwanti (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 3) (ara l- punti 125, 126)

7.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Nuqqas ta’ impożizzjoni jew tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża inkriminata (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 96/C 207/04, Titolu D, u 98/C 9/03, is-sitt inċiż tal-punt 3) (ara l-punti 133, 134)

8.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Teħid inkunsiderazzjoni tal-kooperazzjoni tal-impriża inkriminata mal-Kummissjoni (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 96/C 207/04) (ara l-punti 137-140)

9.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Tnaqqis tal-ammont tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża inkriminata - Kundizzjonijiet (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 96/C 207/04) (ara l-punti 150, 152)

10.                     Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Obbligu li tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża kkonċernata - Assenza - Kapaċità kontributtiva reali tal-impriża f’kuntest soċjali partikolari - Teħid inkunsiderazzjoni - Iffissar tal-multa f’ammont li jikkawża l-falliment jew il-likwidazzjoni tal-impriża kkonċernata bħala konsegwenza tal-multa - Nuqqas ta’ projbizzjoni bħala prinċipju (Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15, u Nru 1/2003, Artikolu 23; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 5(b)) (ara l-punti 165-167)

Suġġett

Minn naħa, talba għat-tnaqqis tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti fl-Artikolu 2(g), (h) u (i) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2004) 2826, tat-3 ta’ Settembru 2004, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/E-1/38.069 – Pajpijiet tar-ram għall-plumbing) u, min-naħa l-oħra, kontrotalba tal-Kummissjoni għaż-żieda tal-ammont tal-imsemmija multi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-kontrotalba mressqa mill-Kummissjoni Ewropea hija miċħuda.

3)

KME Germany AG, KME France SAS u KME Italy Spa għandhom ibatu l‑ispejjeż tagħhom u 50 % tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni.

4)

Il-Kummissjoni għandha tbati 50 % tal-ispejjeż tagħha.