Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2014 – – Magnesitas de Rubián et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-430/10) 1
(“Ambjent – Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis – Dokument ta’ referenza dwar l-aħjar tekniki disponibbli fl-industriji tas-siment, tal-ġir u tal-manjesju – Talba sabiex jiġi ddikjarat li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Ċaħda – Rinunzja – Tħassir”)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Magnesitas de Rubián, SA (Incio, Spanja); Magnesitas Navarras, SA (Zubiri, Spanja); u Ellinikoi Lefkolithoi Anonymos Metalleftiki, Viomichaniki, Naftiliaki kai Emporiki Etaireia (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: H. Brokelmann u P. Martínez-Lage Sobredo, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro, S. Petrova u E. Sanfrutos Cano, avukati)
Suġġett
B’mod prinċipali, talba għall-annullament tal-Kapitolu 3 tad-dokument ta’ referenza dwar l-aħjar tekniki disponibbli fl-industriji tas-siment, tal-ġir u tal-manjesju (ĠU C 166, p. 5), intitolat “Industrija tal-ossidju tal-manjesju (bi proċess niexef mill-magnesite naturali estratta)”, kif ukoll tar-riferimenti għall-industrija tal-ossidju tal-manjesju fl-imsemmi dokument u, b’mod sussidjarju, talba għall-annullament tal-paragrafu 3.5.5.4 tal-imsemmi dokument.
Dispożittiv
It-talba sabiex jiġi ddikjarat li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni hija miċħuda.
Il-Kawża T-430/10 għandha titħassar mir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.
Magnesitas de Rubián, SA, Magnesitas Navarras, SA u Ellinikoi Lefkolithoi Anonymos Metalleftiki, Viomichaniki, Naftiliaki kai Emporiki Etaireia għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
____________1 ĠU C 317, 20.11.2010.