Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 taʼ Marzu 2013 - Iralco vs Il-Kunsill

(Kawża T-158/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Iranian Aluminum Co. (Iralco) (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: S. Millar u S. Ashley, solicitors, u M. Lester, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta' Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta' Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, sa fejn l-atti kkontestati jinkludu lir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba' motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill ma tax raġunijiet xierqa jew suffiċjenti għall-inklużjoni tar-rikorrenti.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill ma ssalvagwardjax id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv tar-rikorrenti.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill wettaq żball manifest meta qies li xi wieħed mill-kriterji għall-inklużjoni ġie ssodisfatt.

Ir-raba' motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tal-Kunsill li jinkludi lir-rikorrenti kisret, mingħajr ġustifikazzjoni jew proporzjon, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, inklużi d-dritt tagħha għall-protezzjoni tal-proprjetà, tan-negozju u tar-reputazzjoni.

____________