Language of document : ECLI:EU:T:2023:405


 


 



Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2023 –
VC vs EU-OSHA

(Kawża T-126/23 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi – Esklużjoni tal-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi u ta’ għoti ta’ sussidji ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni u mill-FED għal perijodu ta’ sentejn – Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni li kienet tirrigwarda din l-esklużjoni – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Urġenza – Fumus boni juris – Ibbilanċjar tal-interessi”

1.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa ta’ evalwazzjoni tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

(Artikoli 256(1), 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 13, 15, 16, 54)

2.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti bi provi dokumentali ddettaljati – Ħtieġa li tiġi pprovduta stampa fidila u globali tas-sitwazzjoni finanzjarja

(Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 27 sa 29)

3.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju – Dannu li jirriżulta mill-pubblikazzjoni fuq l-internet ta’ informazzjoni dwar l-esklużjoni ta’ offerent fil-kuntest ta’ kuntratt pubbliku – Inklużjoni

(Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156)

(ara l-punti 34 sa 38, 60)

4.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali

(Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156)

(ara l-punt 39)

5.      Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali – Rikors kontra deċiżjoni li tiċħad l-offerta ta’ offerent fil-kuntest ta’ kuntratt pubbliku – Motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ sentenza finali – Motiv li prima facie ma huwiex infondat

(Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156)

(ara l-punti 49 sa 51)

Dispożittiv

1)

L-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni 2023/01 tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) tat-13 ta’ Jannar 2023 dwar l-esklużjoni ta’ VC mill-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi u dawk dwar is-sussidji, il-prezzijiet, l-għoti u l-istrumenti finanzjarji rregolati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-proċeduri ta’ għoti dwar il-Fond Ewropew tal-Iżvilupp irregolati mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877, hija sospiża, sa fejn din id-deċiżjoni tipprevedi, fl-Artikolu 4 tagħha, il-pubblikazzjoni fuq is-sit tal-internet tal-Kummissjoni Ewropea ta’ ċerta informazzjoni li tirrigwarda l-esklużjoni tal-parteċipazzjoni ta’ VC, għal dawn il-proċeduri.

2)

Il-kumplament tat-talba hija miċħuda.

3)

Id-digriet tat-13 ta’ Marzu 2023, VC vs EU-OSHA (T-126/23 R) huwa rtirat.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati.