Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fid-19 ta’ Marzu 2016 – Abercrombie & Fitch Italia Srl vs Antonino Bordonaro

(Kawża C-143/16)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Abercrombie & Fitch Italia Srl

Konvenut: Antonino Bordonaro

Domanda preliminari

Ir-regola nazzjonali li tinsab fl-Artikolu 34 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru°276 tal-2003, li tipprovdi li l-kuntratt ta’ xogħol intermittenti jista’ jiġi konkluż, fi kwalunkwe każ, fir-rigward ta’ servizzi pprovduti minn persuni ta’ inqas minn ħamsa u għoxrin sena, tmur kontra l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni minħabba l-età, li huwa stabbilit mid-Direttiva 2000/78/CE 1 u l-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).