Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-12 ta’ April 2016 – Majid (jew Madzhdi) Shiri

(Kawża C-201/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Majid (jew Madzhdi) Shiri

Konvenut: Bundesamt für Fremdenwesen u Asyl.

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet dwar id-dritt għal rimedju effettiv kontra d-deċiżjonijiet ta’ trasferiment, previsti fir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida 1 , b’mod partikolari l-Artikolu 27(1) tal-imsemmi regolament għandhom, fid-dawl tal-premessa 19 ta’ dan l-istess regolament, jiġu interpretati fis-sens li applikant għall-ażil jista’ jinvoka trasferiment tar-responsabbiltà tal-Istat Membru rikorrent minħabba l-iskadenza tat-terminu ta’ sitt xhur għat-twettiq tat-trasferiment (dispożizzjonijiet konġunti tal-Artikolu 29(2) u tal-Artikolu 29(1) tar-Regolament Nru 604/2013)?

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:

Id-dekorrenza ta’ terminu ta’ trasferiment li ma ġiex implementat hija suffiċjenti sabiex timplika t-trasferiment tar-responsabbiltà previst fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 29(2) tar-Regolament Nru 604/2013, jew tali trasferiment tar-responsabbiltà minħabba l-iskadenza tat-terminu jippreżupponi wkoll li l-Istat Membru responsabbli jirrifjuta li jinkariga ruħu minn jew li jieħu lura l-persuna kkonċernata?

____________

1 ĠU L 180, p. 31.