Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Órgano Administrativo de Recursos Contractuales de la Comunidad Autónoma de Euskadi (Spanja) fl-14 ta’ Marzu 2024 – Asociación de Empresas de Servicios para la Dependencia (AESTE) vs Ayuntamiento de Ortuella

(Kawża C-210/24, AESTE)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Órgano Administrativo de Recursos Contractuales de la Comunidad Autónoma de Euskadi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Asociación de Empresas de Servicios para la Dependencia (AESTE)

Konvenut: Ayuntamiento de Ortuella

Domandi preliminari

Kriterju ta’ għoti ta’ kuntratt għal servizzi bħal dak deskritt, li:

iqis ż-żieda fil-kont tal-pagi lil hinn minn dak previst mill-konvenzjoni settorjali applikabbli li l-offerent jipproponi li japplika fir-rigward tal-persuni li jeżegwixxu l-kuntratt

u

jimponi fuq l-offerent magħżul l-obbligu kemm li jispeċifika, wara negozjati kollettivi mar-rappreżentanti tal-ħaddiema, il-kunċetti li taħthom għandha tiġi implimentata ż-żieda fil-pagi kif ukoll li jikkonkludi ftehim kollettiv li l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jkun il-persunal assenjat għall-kuntratt,

huwa xieraq sabiex tiġi identifikata l-offerta l-iktar ekonomikament vantaġġuża kif meħtieġ mill-Artikolu 67(1) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE 1 ?

jipprekludi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew jillimita l-kompetizzjoni ħielsa bi ksur tal-Artikolu 56 TFUE u tad-Direttivi 2014/24/UE u 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi 1 ?

Jikser id-dritt ta’ negozjar kollettiv irrikonoxxut fl-Artikolu 28 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

____________

1 ĠU 2014, L 94, p. 65, rettifiki fil-ĠU 2015, L 275, p. 68 u fil-ĠU L, 2023/90063.

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431, u rettifika fil-ĠU 2015, L 16, p. 66.