Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fit-22 ta’ Marzu 2024 – Regia Autonomă Aeroportul Internaţional “Avram Iancu” Cluj vs Consiliul Concurenţei

(Kawża C-220/24, Aeroportul Internaţional “Avram Iancu” Cluj)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Regia Autonomă Aeroportul Internaţional “Avram Iancu” Cluj

Konvenut: Consiliul Concurenţei

Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Sindicatul Independent al Aeroportului Cluj

Intervenjent insostenn tal-konvenut: Romanian Airport Services S.A.

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta’ Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità 1 , b’mod partikolari l-Artikoli 1, 6 u 7 ta’ din id-direttiva, għandhom jitqiesu li jeskludu l-applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE, u ta’ kwalunkwe regola oħra bl-istess kontenut, f’sitwazzjonijiet li jikkonċernaw rifjut ta’ aċċess għall-infrastruttura tal-ajruport meħtieġa għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ servizzi fuq l-art f’ajruporti fl-[Unjoni Ewropea] li ma laħqux il-livell ta’ 2 miljuni passiġġieri?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 2, p. 496.