Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Lulju 2011 - Fapricela vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-398/10 R)
("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi multa - Garanzija bankarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Dannu finanzjarju - Nuqqas ta' ċirkustanzi eċċezzjonali - Nuqqas ta' urġenza")
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Fapricela - Indústria de Trefilaria, SA (Ançã, il-Portugall) (rappreżentanti: M. Gorjão-Henriques u S. Roux, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, P. Costa de Oliveira u V. Bottka, aġenti, assistiti minn M. Marques Mendes, avukat)
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta' Ġunju 2010, dwar proċedura skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 - Azzar użat għall-prestressing), b'mod partikolari sa fejn timponi l-kostituzzjoni ta' garanzija bankarja sabiex jiġi evitat l-irkupru immedjat tal-multa imposta skont l-Artikolu 2 ta' din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
L-ispejjeż huma rriżervati.
____________