Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awissu 2010 - Yoshida Metal Industry vs UASI - Pi-Design (wiċċ kopert bi ċrieki suwed)
(Kawża T-331/10)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Yoshida Metal Industry Co., Ltd (Niigata, il-Ġappun) (rappreżentanti: S. Verea, K. Muraro u M. Balestriero, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell: Pi-Design AG, (Triengen, l-Isvizzera)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), tal-20 ta' Mejju 2010, fil-Każ R 1235/2008-1;
tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni, tal-21 ta' Lulju 2008, dwar l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1371244;
tikkonferma l-validità tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1371244;
tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark figurativa li tirrappreżenta wiċċ kopert bi ċrieki suwed għal prodotti fil-klassijiet 8 u 21 - Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1371244
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell
Dritt tat-trade mark tal-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità: il-parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità bbażat it-talba tagħha fuq raġunijiet assoluti għal rifjut skont l-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja ddikjarata invalida
Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 7(1)(e)(ii) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, billi l-Bord tal-Appell żbalja meta kkonkluda li d-dispożizzjonijiet ta' dawn l-Artikoli huma applikabbli għat-trade mark Komunitarja kkontestata.
____________