Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-29 ta’ Novembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) - ir-Renju Unit) – C. King vs The Sash Window Workshop Ltd, Richard Dollar

(Kawża C-214/16) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Direttiva 2003/88/KE – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Artikolu 7 – Pagament ta’ benefiċċju bħala kumpens għal leave annwali mhux meħud imħallas fi tmiem ir-relazzjoni ta’ xogħol – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-ħaddiem jieħu l-leave annwali tiegħu mingħajr ma tiġi ddeterminata r-remunerazzjoni għal dan il-leave)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: C. King

Konvenuti: The Sash Window Workshop Ltd, Richard Dollar

Dispożittiv

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, kif ukoll id-dritt għal rimedju effettiv, sanċit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ tilwima bejn ħaddiem u l-persuna li timpjegah dwar il-kwistjoni ta’ jekk il-ħaddiem għandux dritt għal leave annwali mħallas konformament mal-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, jipprekludu li l-ħaddiem għandu l-ewwel jieħu l-leave tiegħu qabel ma jsir jaf jekk għandux dritt għal remunerazzjoni abbażi ta’ dan il-leave.

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet jew prattiki nazzjonali li abbażi tagħhom ħaddiem huwa prekluż milli jirrimanda u, jekk ikun il-każ milli jakkumula, sal-mument ta’ meta r-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu tintemm, drittijiet għal-leave annwali mħallas mhux eżerċitati abbażi ta’ diversi snin tal-leave konsekuttivi, minħabba r-rifjut tal-persuna li timpjega li tirremunera dan il-leave.

____________

1     ĠU C 222, 20.06.2016